Moħħu mistrieħ Mind at rest

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjal jixxiebħu għal MOĦĦU(A) MISTRIEĦ. It-tnejn għandhom żewġ partijiet li jidħlu f’xulxin qishom parti waħda. L-ewwel sinjal isir hekk (i) L- idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluqa bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jibdew mill-ġnub tal-ġbin bil-pala tmiss jew kważi tmiss il-ġbin. L-idejn jinżlu ’l isfel imbagħad lejn il-ġnub. (ii) L-idejn ikomplu neżlin waqt illi s-swaba’ jingħalqu biex is-saba’ l-kbir jiġi jmiss xi swaba’ oħra. It-tieni sinjal l-istess bħall-ewwel sinjal imma fit-tieni parti jibqgħu forma ta’ 5 magħluqa bil-pala tħares ’l isfel u jinżlu ’l-isfel fin-nofs imbagħad jimxu f’linja dritta orizzontali lejn il-ġnub

There are two similar signs for MIND AT REST. Both have two parts that fuse into each other. The first sign is made in this way: (i) First, the hands take the shape of closed 5 with the palm facing downwards. The hands start at the sides of the forehead where they touch or almost touch the forehead. The hands move down towards the sides. (ii) As the hands continue to move down the fingers close so that the thumb ends up touching some of the other fingers. The second sign is the same as the first except that in the second part the handshape is kept the same as in the first part and the hands move straight down and then towards the sides in a horizontal straight line.